Dwar



 

Titwila lejn il-proġett

 

Dan il-proġett tnieda u ġie ffinanzjat mill-programm Socrates Lingua, ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-programm iħeġġeg it-tagħlim tal-lingwi Ewropej, b’mod partikolari tal-lingwi l-inqas użati. Il-programm jgħin fil-promozzjoni tal-plurilingwiżmu u jxerred l-għarfien tad-diversità tal-lingwi Ewropej u lingwi oħra.

 

L-Oġġettiv

Il-proġett tfassal bil-ħsieb li tinħoloq sistema mħallta ta’ tagħlim, bi u bla internet, fejn ikun hemm materjal li bih in-nies ikunu jistgħu jgħallmu u jitgħallmu ħames ilsna (l-Estonjan, il-Malti, l-Olandiż, is-Sloven u l-Ungeriż). Is-sistema tipprovdi wkoll il-metodoloġija li ntużat fl-iżvilupp tal-materjal, liema metodoloġija tista’ titħaddem ukoll fit-tagħlim ta’ lingwi oħra.

 

L-Għanijiet


Dawn il-korsijiet huma maħsuba għal studenti kbar li diġà jafu xi ħaġa b’xi waħda minn dawn l-ilsna u jixtiequ jtejbu l-ħiliet tagħhom biex mil-livell bażiku jgħaddu għal livell ogħla (il-livell A2 tal-Qafas Komuni Ewropew) Mill-proġett jistgħu jgawdu emigranti, immigranti, negozjanti, esperti tal-lingwi, turisti u dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-lingwi.

Il-korsijiet tfasslu b’mod li jgħinu lill-istudenti jsiru awtonomi. Il-korsijiet fihom taħriġ u prattika f’kif wieħed jitgħallem jistudja għal rasu.

Il-kors jinkludi fih sessjonijiet diretti ma’ l-għalliem kull ġimgħa. F’dawn is-sessjonijiet jiġu diskussi temi ġodda marbuta ma’ l-istrutturi lingwistiċi mgħallma, jiġu kklarifikati aspetti mgħallma l-ġimgħa ta’ qabel u ssir riflessjoni fuq kif ikun sejjer it-tagħlim.

Meta l-korsijiet jitlestew, hemm il-ħsieb li l-korsijiet ikunu offruti fi skejjel tal-lingwi u kulleġġi Ewropej. Il-lista ta’ l-iskejjel tinġieb fuq dan is-sit elettroniku

 

Tagħrif Ieħor

 

Fuq l-istess linja ta’ ħsieb tal-proġett TOOL2 qed jinħadem proġett ieħor tal-Lingua li jismu ALL. Minħabba f’hekk dawn iż-żewġ proġetti qed jnħadmu flimkien biex il-prodotti li joħolqu jkunu jixtiebhu. Bis-saħħa tal-kollaborazzjoni bejn l-imsieħba f’TOOL u l-imsieħba f’ALL, dawk l-iskejjel tal-lingwi u l-kulleġġi li se jużaw il-materjal maħluq, se jkunu jistgħu joffru lill-pubbliku Ewropew u lill-istudenti internazzjonali pakkett ta’ tagħlim bi u bla internet f’disa’ lingwi. 

Korsijiet bi u bla Internet:

 

  • bl-Olandiż
  • bl-Estonjan
  • bl-Ungeriż
  • bil-Malti
  • bis-Sloven
  • bit-Tork
  • bir-Rumen
  • bil-Bulgaru
  • bil-Litwan



Nistgħu ngħidu li l-metodoloġija tat-tagħlim imħallat, bi u bla internet hija metodoloġija relattivament ġdida. Hi sistema li permezz tagħha qed jinħolqu korsijiet għal studenti adulti msejsa fuq prattiki tajbin ta’ tagħlim fil-klassi tradizzjonali, imħallta ma’ tagħlim elettroniku (b’mod dirett jew mill-bogħod). Aktar tagħrif fuq it-Tagħlim Imħallat issibu hawnhekk

 

Issib id-deskrizzjoni sħiħa tal-metodoloġija tal-proġett hawnhekk

 

Tista’ wkoll tagħti sehmek fil-proġett billi tmur fil-paġna Kif tieħu sehem jew tinkiteb biex tibda tirċievi l-ittraħbarijiet fuq xi jkun għaddej fil-proġett

L-imsieħba fil-proġett ġejjin minn sferi differenti tat-tagħlim tal-lingwi minn 7 pajjiżi Ewropej. Għal aktar tagħrif fuq l-imsieħba, żur il-paġna tagħhom f’dan is-sit …aktar

Dan il-progett huwa ffinanzjat mill-programm Socrates Lingua ta’ l-Unjoni Ewropea, li l-għan tiegħu huwa li jxerred it-tagħlim tal-lingwi ma’ l-Ewropa … aktar

 

 

Avviż dwar il-jeddijiet miżmuma

 

It-Termini u l-Kundizzjonijiet